Qrara ta' Moderatur
Intervista ma' Sunchaser
Meta kont avviċinat biex issir moderatur?
Mela, l-ewwel darba kien is-Sur Peppi Azzaopardi li talab lili u lil Gambetto vija PM jekk irridux insiru mods ta' xarabank.com, però, kemm jien u kemm Gambetto, ma aċċejtajnix għax dehrilna li l-ħaġa kienet mhux normali peress li ma konniex posters ta’ eżempju.
Kien dak iż-żmien fejn xarabank.com kien hi-jacked mingħand skoss nerds jilbsu bl-iswed, imorru jieklu f’restaurants li ħadd ma sema’ bihom, jiffanfraw li huma “for the few”, kienu jippretendu li huma ta’ intelligenza superjuri, u xi kultant kienu jitfgħu xi ritratt tal-meeting li jkunu għamlu. Ghadni sal-lum il-ġurnata ma nafx ghaliex kienu jilbsu l-iswed sajf u xitwa, jew ghax xtaqu jidhru rqaq, jew forsi riedu jidhru cool, jew huma qammilin biex jixtru ħwejjeġ sura, imma wisq probabbli qatt ma għamluha ma’ nies.
Dawn in-nies ma tantx kienu jinżlu mal-gerżuma ta’ Peppi u miskin il-forum li tant kien jirriklama spiċċa invażat b’nerds li ma jaħmlux is-suwed, però, jilbsu ħwejjeġ suwed u forsi għalekk Peppi xtaq lili u lil Gambetto nkunu mods għax konna wħud mill-ftit li konna nibilgħuh fil-warrani b’dawn il-mitlufin.
Wara li għaddit xi elezzjoni ta’ ma nafx xiex, u dawn li jilbsu l-iswed baqgħu bir-ras għax baqgħu l-art, kienu tlaħħqu xi mods bla sugu mill-klikka (thank god, il-boss tagħhom m’għadhiex magħna), ċertu posters xtaqu lili nsir mod u ma nafx kif u xfatta, applikajt u bħal maġija, fi ftit ġranet sirt mod. Lanqas interview ma għamilt.
Kont aċċetajt immedjatament jew kellhom jikkonvinċuk biex tgħid "iva"?
It-tieni darba ma ħabbiltx in-nukru.
Għaliex taħseb li, minn tant posters, kienu għażlu lilek?
Biex jissodisfaw u jagħlqu ħalq posters oħra. B’hekk taparsi jkun hemm bilanċ.
Kien hemm xi missjoni li xtaqt taqdi fil-bidu tal-esperjenza tiegħek?
Għall-bidu għedt iiiiii xi pjaċir, Doris ħa nibbanjaha left, right and center, però, poġġewni mod biss ta’ l-sports section, ma tantx kont nidħol hemm għax ħlief Rmadrid jitfa’ smiley, u xi tnejn oħra jagħmluha ta’ Nostradamus biex jipprovaw jaqtgħu ir-riżultati tal-futbol ma kienx hemm.
Taħseb li rnexxielek? Kont ta’ suċċess?
Hmm ... ma nafx ruħi, I mean l-istess feeling meta nkun kakkejt kakka kbira kannella fil-bard ta’ Jannar.
L-oħrajn ħasbu li kont suċċess fir-rwol il-ġdid tiegħek?
Le, ma ħadux gost. Ħasbu li ħa ninbidel biex nagħmilha tal-ħelu.
Kien hemm xi problemi li ltqajt magħhom?
Ma ridtx nibqa’ mod tal-isports section allura bdejt immur kontra ir-regoli tal-forum. Ir-riżultat kien dak li xtaqt.
Kellek xi problemi mal-moderaturi l-oħra?
Ovvja, min tridu jissaporti lil Vamp, kienet invażatli il-PM inbox u l-msn tingħi.
X’mar ħażin fl-aħħar? Ovvjament m’għadekx moderatur.
Ma nafx x’għamilt, però, qabbiżtha lil Anson. Dak kien tal-biza’ aktar minn vamp għax dak bl-aħmar kien jikteb.
Kont irreżenjajt jew tkeċċejt mingħajr ċerimonji?
Imkeċċi + ban f’pakkett wieħed, mingħajr l-ebda negozjati.
Qatt qalulek "grazzi" ta’ dak kollu li kont għamilt?
Le.
X’ħassejt wara din l-esperjenza?
Xejn speċjali, ħlief li ma kellix aktar aċċess għal dawk il-buttuni l-ġodda, numri l-istess u każijiet gravi ta’ skizofrenija.
Terga’ taċċetta li tkun moderatur jekk jerggħu jsaqsuk?
Iva, la leħqet Blaze kulħadd jista’ jkun mod, saħansitra anke komodina tista’.
X’taħseb li tagħmel darb’oħra li m’ghamiltx l-ewwel darba?
Nibda norganizza dates bejn il-users u forsi anke xi orġi, b’hekk insiru familja waħda.
Tina kwotazjoni li nistgħu niftakruk biha.
Ħobbuni għax inħobbkom, jekk le, morru ibilgħuh *&^!@#.
Hemm xi messaġġ ieħor li tixtieq tgħaddi lill-ammiraturi tiegħek? ... Issa għandek iċ-ċans li timpressjonahom u tibbrilla mhux bil-ftit ...
Jekk intom fans tiegħi għandkom problema kbira, u s-soluzzjoni hi biss is-suwiċidju.
No comments:
Post a Comment