Monday, October 29, 2012

Limerikki (bil-Malti) - Guevara

Limerikki (bil-Malti)


Il-limerikki huma poeżiji qosra ta' ħames versi, li dejjem isegwu l-istess rima (aabba), u li huma intenzjonati li jkunu umorużi, u xi kultant anke naqra vulgari — imma dejjem bl-intenzjoni li jdaħħku. Huwa maħsub li oriġinaw l-Irlanda, imma saru popolari ħafna wara li Edward Lear ippubblika żewġ kotba tal-limerikki li kien semmiehom A Book of Nonsense. Il-grafika li qed nippubblikaw ma' dawn il-limerikki, li huma miktubin għalikom minn Guevara, hija meħuda mill-qoxra ta' wieħed mill-kotba ta' Lear.

 

Dettall minn A Book of Nonsense ta' Edw. Lear (1875)



Kien hemm wieħed li għax il-ħabs qatt ma mar,
Kien jaħsbu lukanda five star,
Iżda meta Kordin
Spiċċa ħuh għal sitt snin,
Beda jgħid li mill-ħabs ma hawnx agħar.





Kien hemm Għarbi miexi fi-triq
Ma’ martu, viċin Wied Għammieq;
Għadda razzista,
Nisrani u faxxista
U qabad jagħtihom bis-sieq.





Kien hemm wiehed kunjomu Axisa
Li għax darba tagħtu għatisa,
Mar jiġri l-isptar,
U hemm żball kbir sar,
Għax qatgħulu l-bajd u l-pesisa.





Lukanda famuża mill-kbar,
Tiftaħar li hija five star;
Fil-kċina hemm l-għajnuna
Ta’ tletin persuna,
U magħhom xi ħmistax-il far.





Wieħed Għaxqi jismu Sansun,
Il-Madonna jħobb bħal miġnun,
Biex juri li sod,
U kemm hu devot,
Lil Ġużeppi 'wa juri il-qrun.





Waqt li kien qed jisraq għand Ġanni,
Ġużè ħabat rasu mal-kanni;
Il-Qorti ordnat,
Permezz ta’ mandatt,
Li Ġużè għandu jieħu tad-danni.





Jekk xi darba mmur passiġġata
Sal-Birgu, ix-xatt, xi ġurnata...
Għal li jista jkun,
Taħsbu faċli tkun
Li nsib nixtri tazza ruġġata?


No comments:

Post a Comment